14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2022 – SŽ – Tovorni promet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-575/20) (1)

(“Direttiva 2014/25/UE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasporti u tas-servizzi postali - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25 għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fis-Slovenja - Espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni - Definizzjoni tas-suq tal-prodotti - Definizzjoni tas-suq ġeografiku - Evalwazzjoni tal-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2022/C 432/23)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrent: SŽ – Tovorni promet d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: V. Cukrov, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér Ritz, L. Wildpanner u P. Ondrůšek, aġenti, assistiti minn M. Menard, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1025 tat-13 ta’ Lulju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fis-Slovenja (ĠU 2020, L 226, p. 5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SŽ – Tovorni promet d.o.o. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.