|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 119/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Kedrion vs EMA
(Kawża T-570/20) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġbir u pproċessar tal-plażma - Plasma Master File - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Determinazzjoni żbaljata tas-suġġett tat-talba - Obbligu li r-rifjut ta’ aċċess ikun ibbażat fuq raġunijiet speċifiċi u konkreti”)
(2022/C 119/46)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Kedrion SpA (Barga, l-Italja) (rappreżentant: V. Salvatore, avukat)
Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: S. Marino u C. Schultheiss, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Baxter AG (Vjenna, l-Awstrija), Baxter Manufacturing SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: F. Borrás Pieri, avukata, A. Denoon, solicitor, u C. Thomas, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA tal-10 ta’ Lulju 2020 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal-lista taċ-ċentri ta’ ġbir u ta’ pproċessar tad-demm li tinsab fil-Plasma Master File tal-kumpannija farmaċewtika Takeda.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tal-10 ta’ Lulju 2020 li tirrifjuta lil Kedrion SpA l-aċċess għal-lista taċ-ċentri ta’ ġbir u ta’ pproċessar tad-demm li tinsab fil-Plasma Master File tal-kumpannija farmaċewtika Takeda hija annullata. |
|
2) |
L-EMA hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Kedrion. |
|
3) |
Baxter AG u Baxter Manufacturing SpA għandhom ibatu kull waħda l-ispejjeż rispettivi tagħha. |