17.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Jeronimo Martins Polska vs EUIPO – Rivella International (Riviva)

(Kawża T-551/20) (1)

(“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Riviva - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti RIVELLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu (8)1)(b) tar-Regolament (KE) 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedneti - Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) 2017/1001)”)

(2022/C 24/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jeronimo Martins Polska S.A. (Kostrzyn, il-Polonja) (rappreżentant: R. Skubisz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rivella International AG (Rothrist, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Pietzcker u C. Spintig, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2420/2019-4, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International u Jeronimo Martins Polska.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jeronimo Martins Polska S.A.hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 359, 26,10,2020.