2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Rezon vs EUIPO (imot.bg)

(Kawża T-487/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imot.bg - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Deċiżjoni parzjalment konfermatorja”)

(2021/C 310/34)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Yordanova-Harizanova, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Angelova Georgieva, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2270/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiva imot.bg bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rezon OOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.