23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-469/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Liġi Olandiża li tipprojbixxi l-użu tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku - Għeluq antiċipat ta’ impjant tal-enerġija bil-faħam - Għoti ta’ kumpens - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-kumpens kompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ klassifikazzjoni espressa bħala ‘għajnuna mill-Istat’ - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Ċertezza legali”)

(2023/C 24/48)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. de Ree u J. Langer, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2998 final tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2998 final tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.54537 (2020/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, Projbizzjoni tal-faħam għall-produzzjoni tal-elettriku fil-Pajjiżi l-Baxxi, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.