25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – SBG vs EUIPO – VF International (Geographical Norway)

(Kawża T-460/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Geographical Norway - Raġuni assoluta għal rifjut - Raġuni għal invalidità assoluta - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Mala fide - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 431/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Super Brand Licencing (SBG) (Villeurbanne, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u A. Sion, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VF International Sagl (Stabio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. van Innis u A. Van der Planken, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 662019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VF International u SBG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 662/2019-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO u VF International Sagl huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287 tal-31/8/2020.