16.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2022 – LA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni - Kriterji għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali - Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterji użati mill-Bord tal-Għażla”)

(2022/C 198/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: LA (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand u I. Melo Sampaio, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-6 ta’ April 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni msemmija.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba ta’ eżami mill-ġdid tal-esklużjoni ta’ LA mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.