|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-433/20) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ - Arrikkiment indebitu”)
(2022/C 37/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: KY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u A. Ysebaert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita, ikkonfermata mid-deċiżjoni espliċita tal-10 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad it-talba għal restituzzjoni tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
KY hija kkundannata għall-ispejjeż. |