21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – KS vs Frontex

(Kawża T-409/20) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Xoljiment tal-kuntratt - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Artikolu 47(b)(ii) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Dritt għal smiegħ - Dmir ta’ premura - Talbiet għal assistenza u għal kumpens - Rikors għal annullament u għal kumpens)

(2022/C 84/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KS (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard, S. Drew, W. Szmidt u B. Dukay-Zangrando, aġenti, assistiti minn T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex tat-30 ta’ Awwissu 2019 intiża għax-xoljiment tal-kuntratt ta’ impjieg għal żmien determinat tar-rikorrent u tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2020 dwar ċaħda tat-talbiet ta’ assistenza u għall-kumpens ta’ dan, u min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent ġarrab minħabba dan il-fatt.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tat-13 ta’ Frar 2020 hija annullata sa fejn tiċħad it-talba għal assistenza ta’ KS.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

KS għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

4)

Frontex hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs dawk sostnuti minn KS.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.