|
16.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Acciona vs EUIPO – Agencia Negociadora PB (REACCIONA)
(Kawża T-362/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REACCIONA - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Eżistenza ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali - Assenza ta’ raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ użu”)
(2021/C 329/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Acciona SA (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: J. Erdozain López, avocat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Agencia Negociadora PB SL (Las Rozas de Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros u F. Ortega Sánchez, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 652/2019-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Agencia Negociadora PB u Acciona.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Acciona SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Agencia Negociadora PB SL. |