|
14.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 119/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2022 – Unger Marketing International vs EUIPO – Orben Wasseraufbereitung (Purifikaturi tal-ilma)
(Kawża T-325/20) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn li jirrappreżenta purifikatur tal-ilma - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002 - Dikjarazzjoni ta’ invalidità”)
(2022/C 119/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Unger Marketing International, LLC (Bridgeport, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schulte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne, D. Hanf u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Orben Wasseraufbereitung GmbH & Co. KG
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2020 (Każ R 740/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Orben Wasseraufbereitung u Unger Marketing International.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Unger Marketing International, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż. |