3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2023 – Naturstrom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/20) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Ġermaniż tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Assenza ta’ locus standi - Assenza ta’ parteċipazzjoni attiva - Inammissibbiltà”)

(2023/C 235/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naturstrom AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u I. Zaloguin, aġenti, assistiti minn T. Funke u A. Dlouhy, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u S. Costanzo, aġenti), E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Siegmund u J. Ziebarth, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 1711 final tas-26 ta’ Frar 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-ftehim ŻEE (Każ M.8871 – RWE/E.ON Assets) (ĠU 2020, C 111, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Naturstrom AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E.ON SE u minn RWE AG.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.