|
21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 242/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2021 – Comercializadora Eloro vs EUIPO – Zumex Group (JUMEX)
(Kawża T-310/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva JUMEX - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti zumex - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni”)
(2021/C 242/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Comercializadora Eloro, SA (Ecatepec, il-Messiku) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero, P. Merino Baylos u E. Cebollero González, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zumex Group, SA (Moncada, Spanja) (rappreżentant: M. C. March Cabrelles, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2020 (Każ R 534/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zumex Group u Comercializadora Eloro.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Comercializadora Eloro, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Zumex Group, SA. |