22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Hijos de Moisés Rodríguez González vs EUIPO – L-Irlanda u Ornua (La Irlandesa 1943)

(Kawża T-306/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea La Irlandesa 1943 - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità - Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2022/C 318/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hijos de Moisés Rodríguez González, SA (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, D. Hanf u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO: l-Irlanda

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ornua Co-operative Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1499/2016-G).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hijos de Moisés Rodríguez González, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.