|
21.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 242/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2021 – Nosio vs EUIPO Tros del Beto (ACCUSÌ)
(Kawża T-300/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ACCUSÌ - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ACÚSTIC - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001)”)
(2021/C 242/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: J. Graffer, G. Rubino u A. Ottolini, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tros del Beto SLU (Marçà, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2020 (Każ R 871/2019-1dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tros del Belo u Nosio.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |