30.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Fashioneast u AM.VI. vs EUIPO – Moschillo (RICH JOHN RICHMOND)

(Kawża T-297/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva RICH JOHN RICHMOND - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu taħt forma li tvarja b’elementi li jbiddlu il-karattru distintiv tat-trade mark - It-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar it-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 349/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fashioneast Sàrl (Il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)), AM.VI. Srl (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: A. Camusso u M. Baghetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Cottrell, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Moschillo Srl (Avellino, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1381/2019-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn, minn naħa, Moschillo u, min-naħa l-oħra, Fashioneast u AM.VI.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fashioneast Sàrl u AM.VI. Srl huma kkundannati għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.