1.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2021 – Crevier vs EUIPO (Apparat ta’ deodorizzazzjoni tal-arja)

(Kawża T-276/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Applikazzjoni għal disinn Komunitarju li jirrappreżenta apparat ta’ deodorizzazzjoni tal-arja - Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu fir-rigward tal-EUIPO - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Dmir ta’ viġilanza”)

(2021/C 72/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jeffrey Scott Crevier (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Kime, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Cottrell, A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 (Każ R 2396/2019-3) dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jeffrey Scott Crevier huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.