9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs SRB

(Kawża T-270/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2018 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ imparzjalità - Dritt għal smigħ xieraq - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”)

(2023/C 7/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: L. Forestier, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-7 ta’ Mejju 2020, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-2018 kif ukoll tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba dan il-fatt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JS huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.