3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXXIMLA)
(Kawża T-239/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RUXXIMLA - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti RUXIMERA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2022/C 2/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2020 (Każ R 1879/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pfizer u Stada Arzneimittel.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |