30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE

(Kawża T-230/20) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE - Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu PNB Banka - Proposta ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti - Deċiżjoni ta’ insolvenza ta’ PNB Banka - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)

(2023/C 35/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u V. Hümpfner, aġenti

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: K. Pommere u J. Davidoviča u E. Bārdiņš, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-17 ta’ Frar 2020, ECB-SSM-220-LVPNB-1, WHD-2019-0016, li tirtira l-awtorizzazzjoni tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PNB Banka AS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.