31.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023 – Stone Brewing vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONE BREWING)

(Kawża T-200/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STONE BREWING - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti STONES - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 271/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stone Brewing Co. LLC (Escondido, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd (Burton Upon Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Orchison, solicitor, u J. Abrahams, KC)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1524/2018-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stone Brewing Co. LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.