2.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda)
(Kawża T-187/20) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa tal-mejda - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
(2021/C 310/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Davide Groppi Srl (Piacenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Capra u V. Malerba, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Viabizzuno Srl (Bentivoglio, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 (Każ R 126/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Viabizzuno u Davide Groppi.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Davide Groppi Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |