31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – Chatwal vs EUIPO – Timehouse Capital (THE TIME)

(Kawża T-186/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali THE TIME - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TIMEHOUSE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 206/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chatwal Hotels & Resorts LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Hine, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Timehouse Capital GmbH (Grasbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Farkas, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2020 (Każ R 2264/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Timehouse Capital u Chatwal Hotels & Resorts.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chatwal Hotels & Resorts LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.