12.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte)
(Kawża T-183/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Teslaplatte - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2021/C 278/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Christian Schneider (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Buttron, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Oliver Raths (Männedorf, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Jacobs u M. Maybaum, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 (Każ R 247/2019-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. Raths u M. Schneider.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Christian Schneider huwa kkundannat għall-ispejjeż. |