5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – JP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tal-fiskalità (AD 7) - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla - Stabbiltà - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)

(2022/C 340/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JP (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand, D. Milanowska u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2019 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 irrifjuta, wara eżami mill-ġdid, li jinkludi isimha fil-lista ta’ riżerva tal-kandidati li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li hija ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.