15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Henry Cotton’s Brand Management vs EUIPO – Industries Sportswear (Henry Cotton’s)
(Kawża T-173/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kanċellazzjoni ta’ entrati - Kanċellazzjoni ta’ entrata fir-Reġistru vvizzjata bi żball manifest imputabbli lill-EUIPO - Trade mark inkluża fi proċedura ta’ insolvenza - Reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark - Infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi ta’ proċedura ta’ falliment jew ta’ proċeduri analogi - Kompetenza tal-EUIPO - Obbligu ta’ diliġenza - Artikoli 20, 24, 27 u 103 tar Regolament (UE) 2017/1001 - Artikoli 3, 7 u 19 tar Regolament (UE) 2015/848”)
(2021/C 462/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Henry Cotton’s Brand Management Co. Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, C. Eckhartt u P. Böhner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industries Sportswear Co. Srl (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: P. Cervato, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 (Każijiet magħquda R 254/2019-2 u R 255/2019-2), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni ta’ entrati bejn Industries Sportswear u Henry Cotton’s Brand Manageme.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Henry Cotton’s Brand Management Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Industries Sportswear Co. Srl. |