25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Dicembru 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

(Kawża T-152/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Home Connect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Relazzjoni suffiċjentement diretta u konkreta mal-prodotti msemmija mill-applikazzjoni għat-trade mark - Assenza ta’ karattru distintiv - Artkolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 28/73)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BSH Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1751/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Home Connect bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BSH Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.