9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2020 – IR vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-131/20) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Drittijiet u obbligi tal-uffiċjal - Kollokament fl-interess tas-servizz - L-ewwel inċiż tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ estensjoni ta’ kollokament - Dmir ta’ premura - Drittijiet tad-difiża”)
(2020/C 378/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: IR (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u I. Melo Sampaio, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2019 li tiċħad it-talba taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) intiża għall-estensjoni tal-kollokament tar-rikorrent fi ħdan is-servizzi tiegħu għal sena addizzjonali u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2019.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Lulju 2019 li tiċħad it-talba taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) intiża għall-estensjoni tal-kollokament ta’ IR fi ħdan is-servizzi tiegħu għal sena addizzjonali hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |