22.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)
(Kawża T-118/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ imballaġġ - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2021/C 62/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Voco GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Spintig u S. Pietzcker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Cottrell u A. Söder, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 978/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ imballaġġ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 978/2019-5) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż. |