21.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta Lulju 2023 – Puigdemont i Casamajó u Comín i Oliveres vs Il-Parlament

(Kawża T-115/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Rifjut tal-President tal-Parlament li jilqa’ talba intiża għad-difiża tal-privileġġi u tal-immunitajiet - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2023/C 296/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carles Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju), Antoni Comín i Oliveres (Waterloo) (rappreżentanti: P. Bekaert, G. Boye, S. Bekaert, avukati, u B. Emmerson, KC)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u J.-C. Puffer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis u M. J. Ruiz Sánchez, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew allegatament inkluża fl-ittra tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2019, indirizzata b’risposta għat-talba intiża biex il-Parlament jiddefendi, abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.