|
8.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 452/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill
(Kawża T-106/20) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Persistenza taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)
(2021/C 452/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u M.-C. Cadilhac, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 134), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 1), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gabriel Amisi Kumba huwa kkundannat għall-ispejjeż. |