25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Group vs EUIPO – Iliev (GROUP Company TOURISM & TRAVEL)

(Kawża T-57/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GROUP Company TOURISM & TRAVEL - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti mhux irreġistrati GROUP Company TOURISM & TRAVEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 28/72)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Group EOOD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dragiev u A. Andreev, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Angelova Georgieva, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Kosta Iliev (Sofia)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2059/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Group u K. Iliev.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2059/2018-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.