10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta' kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Esperjenza professjonali insuffiċjenti - Artikolu 266 TFUE - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Miżuri involuti fl-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament - Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)

(2022/C 11/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali bbażata fuq eżamijiet EPSO/AST-SC/03/15 tat-13 ta’ Marzu 2019, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tad-29 ta’ Novembru 2018, Di Bernardo vs Il-Kummissjoni (T-811/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:859), li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivana fil-grad SC 1 fil-qasam tal-appoġġ finanzjarju u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu sostnut mir-rikorrent minħabba dan il-fatt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Danilo di Bernardo huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.