12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (GAMELAND)

(Kawża T-17/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAMELAND - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Gameloft - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għat-trade mark”)

(2021/C 278/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mandel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gameloft SE (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2502/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gameloft u adp Gauselmann.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.