Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat‑13 ta’ Ottubru 2021 –
Liberty Seguros

(Kawża C‑375/20) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – Kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz – Trasport internazzjonali ta’ persuni u ta’ merkanzija mingħajr awtorizzazzjoni – Nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni – Infurzabbiltà kontra terzi vittmi u kontra l-korp inkarigat milli jikkumpensa l-vittmi”

1. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Obbligi tal-Istati membri – Obbligu ġenerali li tinħareġ assigurazzjoni tal-vetturi normalment ibbażati fuq fit-territorju tagħhom – Portata – Limiti

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103, premessi 1, 2 u 20, u Artikolu 3)

(ara l-punti 54–57)

2. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Estensjoni tal-garanzija favur terzi mogħtija mill-assigurazzjoni obbligatorja – Klawżoli ta’ esklużjoni – Portata – Limiti – Obbligu ta’ interpretazzjoni stretta

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 u l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1))

(ara l-punti 58–63)

3. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Estensjoni tal-garanzija favur terzi mogħtija mill-assigurazzjoni obbligatorja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi vittmi tan-nullità tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni konklużi fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz tad-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni – Trasport internazzjonai ta’ persuni u ta’ merkanzija mingħajr awtorizzazzjoni – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 u l-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1))

(ara l-punti 64–68, 70, 71 u d-dispożittiv)

4. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103 – Intervent tal-korp li jiggarantixxi l-kumpens tal-vittimi ta’ inċidenti tat-triq – Kundizzjonijiet – Limiti

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/103, Artikoli 3 u 10(1))

(ara l-punt 69)

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li n-nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur li tirriżulta mill-eżerċizzju, mill-persuna assigurata, ta’ attività kummerċjali ta’ trasport internazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni u minn nuqqasijiet jew dikjarazzjonijiet foloz magħmula minn din il-persuna quddiem il-kumpannija ta’ assigurazzjoni fil-mument ta’ konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, filwaqt li t-terzi vittmi jkunu passiġġieri li ma setgħux ma kinux jafu b’din l-assenza ta’ awtorizzazzjoni, tkun tista’ tiġi invokata kontra terzi vittmi ta’ inċident tat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur.


( 1 ) ĠU C 348, 19.10.2020.