15.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – XG vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-647/20)

(2021/C 53/36)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XG

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

Il-qliegħ kapitali minn tranżazzjoni immobiljarja, li kienet tikkonsisti fil-bejgħ ta’ proprjetà immobbli akkwistata minn ċittadina Portugiża, li ma hijiex residenti fl-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi ntaxxat taħt sistema diskriminatorja, iktar oneruża, meta mqabbel mal-persuni taxxabbli residenti, li jgawdu minn tnaqqis ta’ 50 % tal-qliegħ kapitali li jintuża bħala bażi ta’ kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul, konformement mal-Artikolu 65(1)(a) TFUE?