|
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/31 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-381/15 RENV, IMG vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-620/20 P)
(2021/C 28/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-381/15 RENV; |
|
— |
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza kif irriveduti u, għalhekk: |
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-kumpens tad-dannu materjali u morali kif adattat fl-osservazzjonijiet tagħha wara r-rinviju T-381/15 RENV; |
|
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:
|
a. |
Dwar l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni
|
|
b. |
Dwar id-dannu
|