25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Family Division fis-16 ta’ Novembru 2020 – SS vs MCP

(Kawża C-603/20)

(2021/C 28/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England and Wales), Family Division

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SS

Konvenut: MCP

Domanda preliminari

Il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tinżamm taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament Brussell 2 (1), mingħajr limitu ratione temporis, fil-każ fejn minuri abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru titneħħa b’mod inġust lejn (jew tinżamm fi) Stat terz li fih din il-minuri, wara din it-tneħħija (jew żamma), matul iż-żmien saret abitwalment residenti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, u r-rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).