22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2020 minn Anne-Marie Klose mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-81/20 – Anne-Marie Klose vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-600/20 P)

(2021/C 98/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Anne-Marie Klose (rappreżentant: I. Seher, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-11 ta’ Frar 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.