1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fit-13 ta’ Novembru 2020 – AS “Pilsētas zemes dienests” vs Latvijas Republikas Saeima

(Kawża C-598/20)

(2021/C 35/48)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AS “Pilsētas zemes dienests”

Konvenut: Latvijas Republikas Saeima

Domandi preliminari

1)

L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kiri ta’ proprjetajiet immobbli prevista fl-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li din l-eżenzjoni tapplika għall-kiri ta’ art fil-każ ta’ kiri obbligatorju?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, jiġifieri, li l-kiri ta’ art fil-każ ta’ kiri obbligatorju huwa eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud, allura, meta, fil-każijiet l-oħra kollha, il-kiri ta’ art huwa suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud, din l-eżenzjoni ma hijiex kuntrarja għal wieħed mill-prinċipji tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jiġifieri, il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.