8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fid-9 ta’ Novembru 2020 – Ligebehandlingsnævnet bħala rappreżentant ta’ A vs HK/Danmark u HK/Privat
(Kawża C-587/20)
(2021/C 44/30)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ligebehandlingsnævnet bħala rappreżentant ta’ A
Konvenuti: HK/Danmark u HK/Privat
Intervenjent insostenn tal-kovenuti: Fagbevægelsens Hovedorganisation (FH)
Domanda preliminari
L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna eletta għall-presidenza ta’ federazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-ħaddiema u membru tal-persunal politiku tagħha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva fiċ-ċirkustanzi deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari]?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.