15.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-5 ta’ Novembru 2020 – SC Cridar Cons SRL vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca
(Kawża C-582/20)
(2021/C 53/23)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC Cridar Cons SRL
Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-awtoritajiet tat-taxxa, wara li jkunu ħarġu avviż tat-taxxa li fih jirrifjutaw li jirrikonoxxu d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-VAT imħallsa, jissospendu d-deċiżjoni dwar l-ilment amministrattiv sakemm tiġi deċiża l-kawża kriminali li tista’ tipprovdi elementi oġġettivi supplimentari relatati mal-involviment tal-persuna taxxabbli fil-frodi tat-taxxa inkwistjoni? |
2) |
Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għad-domanda preċedenti tista’ tkun differenti jekk, matul is-sospensjoni tad-deċiżjoni dwar l-ilment amministrattiv, il-persuna taxxabbli bbenefikat minn miżuri provviżorji li x’aktarx jissospendu l-effetti tar-rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.