1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – J.P. vs B.d.S.L.

(Kawża C-521/20)

(2021/C 35/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.P.

Konvenut: B.d.S.L.

Domanda preliminari

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari flimkien mad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1)) għandu jkun interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, kif tirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta’ diversi dispożizzjonijiet legali kkunsidrati flimkien, bħall-Artikolu 20(2) tal-BStMG (il-Liġi Federali dwar it-Tariffi tat-Triq) flimkien mal-Artikolu 22(2) tal-Verwaltungsstrafgesetz (il-Liġi Kriminali fil-Qasam Amministrattiv), timponi prosekuzzjoni u ssanzjonar kumulattiv għal sensiela ta’ ksur tal-obbligu ta’ ħlas tat-tariffi tat-triq imwettaq fuq kull parti speċifika ta’ triq, tikser il-projbizzjoni ta’ kumulu ta’ prosekuzzjoni u ta’ pieni fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni ta’ obbligu legali ta’ koordinazzjoni għall-awtoritajiet u għall-qrati kollha responsabbli mill-eżekuzzjoni ta’ dawn il-proċeduri kriminali kif ukoll ta’ obbligu espliċitu sabiex effettivament jiġi applikat il-prinċipju ta’ proporzjonalità rigward l-ammont tas-sanzjoni globali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372.