8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-6 ta’ Ottubru 2020 – M. F. vs T. P.
(Kawża C-496/20)
(2021/C 44/25)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. F.
Konvenut: T. P.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 279 TFUE u l-Artikolu 160(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) u mal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll b’rabta mal-ewwel u t-tieni inċiżi tal-punt 1 tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2020, fil-Kawża C-791/19 R, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Polonja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-President tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema ma jistax, sakemm tiġi deċiża l-Kawża C-791/19 R, jitlob it-trasferiment tal-atti tal-proċess sabiex tiġi stabbilita l-assenza ta’ relazzjoni professjonali ta’ Mħallef tal-Qorti Suprema minħabba s-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 73(1) tal-ustawa z dnia 8 grudnia 2017 r. o Sądzie Najwyższym (il-Liġi tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar il-Qorti Suprema) (test ikkonsolidat: Dz.U. 2019, pożizzjoni 825 kif emendata)? |
2) |
L-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(2) moqrija flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll mal-prinċipju ta’ dritt għal proċess ġudizzjarju għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
3) |
L-Artikolu 2 u l-Artikolu 4(2) moqrija flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll mal-prinċipju ta’ dritt għal proċess ġudizzjarju u mal-Artikolu 267 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kontenut tal-kunċett ta’ identità kostituzzjonali ta’ Stat Membru fir-rigward tad-dritt għal proċess ġudizzjarju jista’ jiġi ddeterminat b’mod vinkolanti għall-qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru unikament fil-kuntest ta’ djalogu mal-Qorti tal-Ġustizzja mmexxi minn din il-qorti jew minn qrati nazzjonali oħra (pereżempju l-Qorti Kostituzzjonali) permezz tal-użu tal-proċedura preliminari? |
4) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll il-prinċipju ġenerali ta’ dritt għal proċess ġudizzjarju preċedentement stabbilita bil-liġi għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti tal-aħħar istanza ta’ Stat Membru tiċħad talba għat-trasferiment tal-atti tal-proċess fejn din it-talba tkun saret minn persuna maħtura bħala mħallef fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali u f’ċirkustanzi li jagħtu lok għall-kostituzzjoni ta’ qorti li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza u imparzjalità u li ma hijiex qorti stabbilita bil-liġi, mingħajr il-ħtieġa li l-ewwel teżawrixxi l-proċeduri msemmija fid-domanda preliminari fil-Kawża C-508/19 jew fis-sentenza tad-19 ta’ Novembru 2019 A.K. et (C-585/18, C-624/18 u C-625/18)? |