14.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 433/35 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Ottubru 2020 – V.М.А. vs Stolichna obshtina, rayon “Pancharevo”
(Kawża C-490/20)
(2020/C 433/44)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofiya-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: V.M.A.
Konvenuta: Stolichna obshtina, rayon “Pancharevo”
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 20 u 21 TFUE, kif ukoll l-Artikoli 7, 24 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li l-awtoritajiet amministrattivi Bulgari li tkun saritilhom talba għall-ħruġ ta’ ċertifikat tat-twelid ta’ wild, li jkun ċittadin Bulgaru, liema twelid ikun seħħ fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kif attestat f’att tat-twelid Spanjol, li fih huma indikati żewġ persuni ta’ sess femminili bħala ommijiet, mingħajr ma jispeċifika jekk waħda minn dawn il-persuni hijiex l-omm bijoloġika tal-wild, u liema waħda minnhom hija l-omm bijoloġika, jirrifjutaw li joħorġu att tat-twelid Bulgaru għar-raġuni li r-rikorrenti qiegħda tirrifjuta li tindika min hija l-omm bijoloġika tal-wild? |
2) |
L-Artikolu 4(2) TUE kif ukoll l-Artikolu 9 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-protezzjoni tal-identità nazzjonali u kostituzzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni timplika li dawn tal-aħħar igawdu minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tar-regoli li jiddeterminaw il-filjazzjoni? B’mod partikolari:
|
3) |
Il-konsegwenzi legali ta’ Brexit għandhom impatt fuq ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda sa fejn waħda mill-ommijiet imsemmija fl-att ta’ twelid maħruġ fi Stat Membru ieħor hija ċittadina tar-Renju Unit filwaqt li l-oħra hija ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni, peress li, b’mod partikolari, ir-rifjut li jinħareġ att ta’ twelid Bulgaru jipprekludi l-ħruġ ta’ dokument ta’ identità għall-wild minn Stat Membru tal-Unjoni u, għaldaqstant, jista’ jagħmel iktar diffiċli l-eżerċizzju sħiħ minn dan il-wild tad-drittijiet tiegħu bħala ċittadin tal-Unjoni? |
4) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ effettività, jobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali ma jimxux mal-mudell ta’ att tat-twelid li jagħmel parti mid-dritt nazzjonali fis-seħħ? |