22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Settembru 2020 – CityRail a.s. vs Správa železnic, státní organizace

(Kawża C-453/20)

(2021/C 62/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CityRail a.s.

Konvenut: Správa železnic, státní organizace

Domandi preliminari

1)

Il-post tat-tagħbija u tal-ħatt għat-trasport ta’ merkanzija, inklużi l-binarji relatati, jikkostitwixxi parti mill-infrastruttura ferrovjarja fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1)?

2)

Huwa konformi mad-Direttiva 2012/34 li l-ġestjonarju tal-infrastruttura jista’ f’kull mument jemenda, għad-detriment tat-trasportaturi, l-ammont tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja jew ta’ faċilitajiet ta’ servizz?

3)

Id-Direttiva 2012/34 hija vinkolanti, skont l-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għal Správa železnic, státní organizace?

4)

Ir-regoli stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-network jistgħu jitqiesu li huma diskriminatorji jekk ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li Správa železnic hija marbuta tosserva?


(1)  ĠU 2012 L 343, p. 32 (rettifiki fil-ĠU 2015 L 67, p. 32fil-ĠU 2015 L 196, p. 67)