14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Settembru 2020 – C. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-435/20)

(2020/C 433/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C.

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tista’ tiġi miċħuda bħala applikazzjoni sussegwenti inammissibbli, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) u mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE (1) jekk il-proċedura inizjali għall-ażil, li ġiet miċħuda, tkun tmexxiet fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tista’ tiġi miċħuda bħala applikazzjoni sussegwenti inammissibbli, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) u mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva 2013/32/UE anki jekk il-proċedura inizjali għall-ażil, li ġiet miċħuda, ma tkunx tmexxiet fi Stat Membru tal-Unjoni iżda fl-Isvizzera?

3.

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv: leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li applikazzjoni għal ażil tkun inammissibbli fil-każ ta’ applikazzjoni sussegwenti, u li ma tagħmel ebda distinzjoni bejn status ta’ refuġjat u status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija kompatibbli mal-Artikolu 33(2)(d) tad-Direttiva 2013/32/UE?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013 L 180, p. 60).