21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2020 – Österreichische Apothekerkammer vs HA

(Kawża C-407/20)

(2020/C 443/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Österreichische Apothekerkammer

Konvenut: HA

Domanda preliminari

L-Artikolu 36 TFUE għandu jinftiehem fis-sens li jimplika li projbizzjoni stabbilita fid-dritt nazzjonali milli jinbiegħ bil-posta apparat ta’ dijanjosi in vitro ta’ screening tal-HIV li jista’ jintuża minn persuni lajċi f’ambjent domestiku skont l-użu previst mill-manifattur, jew konsegwentement miżura b’effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE, tista’ tkun iġġustifikata minn għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni?