7.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2020 – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-396/20)
(2020/C 423/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CHEP Equipment Pooling NV
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domanda preliminari
L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (1), li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (id-Direttiva 2008/9/KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ ta’ differenzi numeriċi evidenti b’detriment għas-suġġett passiv – mingħajr ma tqum il-kwistjoni tal-pro rata – bejn it-talba għal rimbors u l-fattura, l-Istat Membru tar-rimbors jista’ jqis li ma huwiex neċessarju li jitlob informazzjoni addizzjonali u li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni rilevanti kollha għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar ir-rimbors?