14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG

(Kawża C-388/20)

(2020/C 433/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-ikel li għalih hija meħtieġa preparazzjoni u li għalih il-mod ta’ preparazzjoni huwa determinat minn qabel?

2)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: il-kliem “kull 100 g” li jinsab fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament Nru 1169/2011 għandu jinftiehem bħala li jirreferi biss għal 100 g tal-prodott kif jinbiegħ jew li jirreferi wkoll – tal-inqas b’mod addizzjonali – għal 100 g tal-ikel wara l-preparazzjoni?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, rettifika fil-ĠU 2014, L 331, p. 40 u fil-ĠU 2016, L 266, p. 7.